Laber property of the month

Walk With Belair: Dar eċċezzjonali fil-qalba tan – Naxxar

Parti mis-sensiela ta’ filmati Property of the Month imħejjija minn Belair Property u Newsbook.com.mt

Jekk qed tfittex proprjetà tassew speċjali, din id-dar fin-Naxxar hija perfetta għalik.

Din it-townhouse f’wieħed mill-iktar irħula mfittxija ta’ Malta, ġiet mibdula f’dar tal-familja sabiħa u prattika.

Id-dar għandha numru kbir ta’ karatteristiċi oriġinali li jinkludu gallarija tradizzjonali Maltija, twieqi stil tradizzjonali li jingħalqu, u aperturi tipiċi kkundizzjonati mill-ġdid.

Fil-proprjetà nsibu kuritur imdaqqas, salott/kamra tal-ikel kbir, salott ieħor ta’ daqs żgħir, kċina/breakfast, kamra tal-banju u ġnien ta’ 70 metru kwadru bi spazju għal pixxina. L-ewwel sular bħalissa jospita tliet kmamar tas-sodda u kamra tal-banju, iżda jista’ faċilment jakkomoda wkoll kamra tal-banju ensuite. L-aħħar sular jinkludi kamra tal-ħasil u s-saqaf tiegħu stess.

Din hija tassew dar eċċezzjonali, bil-potenzjal li tagħmel bidliet kożmetiċi biex tkompli toħroġ il-karatteristiċi sbieħ tagħha. Garaxx għall-kera huwa disponibbli wkoll.

Aktar informazzjoni dwar l-appartament tista’ ssibha hawn. Click to view this Naxxar Property.

It-tim ta’ Belair huwa eqreb lejk minn qatt qabel – issa tista’ tkellem lill-aġenti ta’ Belair wiċċ imb wiċċ, mill-kumdità u s-sigurtà tad-dar tiegħek stess permezz ta’ Talk with Belair.

Dan l-episodju huwa parti minn sensiela tal-filmati Property of the Month, imħejjija minn Belair Property u Newsbook.com.mt, u saret possibbli permezz ta’ għotja minn Belair Property.

 

More Episodes: